Fuq il-programm televiżiv Malti Be Our Guest, il-kok Daniel Grech kien mistieden biex isajjar għand il-kantant Kurt Calleja.

Tistgħu tobsru x’waħda kienet ġejja, għax Daniel mill-ewwel qallu “Illum irridu nkantaw biċċa flimkien.”

Fil-pront Kurt ħareġ il-kitarra fil-kċina waqt li kienu qed isajjru u lil Daniel qallu “ejja Xemx, f’idejk.”

F’kemm ilni ngħidlek il-flixkun tal-bżar spiċċa mikrofonu u Daniel qabad ikanta u jistona kemm Alla ħalaq waqt li beda jxengel it-taġen biex forsi ma jinħaraqlux l-ikel. Ifhem, xorta spiċċa nħaraqlu ħin minnhom.

daniel
Ritratt: Facebook/Dulcima Aquilina

Imma mbagħad Daniel qabżitlu u lil Kurt qallu “Ma nistawx inkantaw ta’ Lion King please? Ili mill-bieraħ naħseb fiha.” Kien qed jirreferi għal Can You Feel The Love Tonight.

Kurt irnexxielu jsib il-liriki u fil-pront qabdu jkantaw id-diska ta’ Lion King. Insomma, bażikament il-programm spiċċa iżjed kant milli tisjir.

daniel

Jekk tidħlulu għal Eurovision flimkien naħseb toħorġu b’xi waħda tajba naħseb jien. Il-verità ħa ngħid, filwaqt li Kurt impressjona bil-kapaċità li jkanta u jsajjar fl-istess ħin, Daniel għandu dik iċ-charm akkumpanjata minn bużullotti u tisjir tal-ġenn.

Bilħaqq Dan, Lion King 2 ilu li ħareġ mill-1998…

Facebook/Dulcima Aquilina


Nicole Barbara