Fl-aħħar wara nuqqas ta' ġimagħtejn jerġa jirritorna 'L-Ispettur'. Drama bi skript li jżommok, kurrenti u emozzjonali!

X'ġara s'issa? L-Ispettur mar iżuru persuna li kien arresta ħafna snin ilu. Gianni kien weħel il-ħabs minħabba l-Ispettur xhed kontrih fil-qorti u ħalef li ser ipattijielu. Gianni fl-aħħar episodju rajnieh jaqa' mal-art, jitgħawweġ bl-uġigħ minħabba marda li ħakmitu. Iżda qabel dan Gianni jirnexxielu jidħol fil-ħajja tal-Ispettur u jħarbatlu l-familja tiegħu. In-neputi Kanadiż tal-Ispettur jidħol f'bawxata, hekk kif kien qed jimporta bagalja mimlija droga lil xi ħadd. Il-Puliżija qabduh filfatt u l-Ispettur ma seta jagħmel xejn ħlief li jinterogah u jġiegħlu jammetti bl-involviment tiegħu.

Iżda issa x'ser jiġri? Il-Mara tal-ispettur kif ser tħares lejn żewġha issa li n-neputi tagħha ser jiddaħħal il-ħabs? Illejla l-ispettur fid-8:45 fuq TVM. Aktar imħabba, mibgħeda, intriċċi, tenzjoni u dak kollu li qed jagħmel din id-drama professjonali maħbuba u milqugħa bil-kbir minnkom.

"Kunu hemm, għax jekk le, Narrestakhom!" qal Mario Micallef fuq il-profil tiegħu! 


Anthony Baldacchino