Minkejja li beda ħajtu b’diżabilità iebsa li serqitlu l-kapaċità li jimxi, u minkejja li t-tobba qalu lill-ġenituri tiegħu li huwa ma ħa jkun jaf jagħmel xejn, illum il-ġurnata Nick Mercieca kapaċi jagħmel atti ta’ saħħa li l-maġġoranza tal-atleti ma jirnexilhomx jagħmlu anke wara snin twal jitrenjaw.

Mistagħġbin bit-talent u l-abilitajiet fiżiċi inkredibbli ta’ Nick, it-tim ta’ Fort Fitness, gym ġewwa Malta, iddeċidew li jappoġġjawh billi jinvestu f’siġġu tar-roti ta' klassi dinjija li se jippermettilu jikkompeti fil-paralimpiċi u juri t-talent tal-għaġeb tiegħu.

fg

It-tim ta’ Fort Fitness, magħrufin ghall-kollaborazzjonijiet tagħhom ma’ diversi atleti Maltin, investew iktar minn €5000 f’dan is-siġġu magħmul attaposta għall-olimpjadi. Is-siġġu tar-roti bħalissa qed jinħadem skont ir-rekwiżiti u l-ispeċifikazzjonijiet ta’ Nick fl-Istati Uniti. Barra minn hekk, il-preżentatur u kittieb Jon Mallia, flimkien mat-tim ta’ Fort Fitness qedin jikkolloboraw biex ixerdu l-storja ta’ Nick u jgħinuh jikseb dak li jixtieq.

Jon Mallia ħadem id f’id ma’ l-familja ta’ Nick u l-kowċ tiegħu biex joħloq vidjo li joffri ħarsa lejn l-istorja ta’ dan il-ġuvnot. X’instab huwa ċar u jispikka mil-ewwel minuta: Kommunita żgħira u tal-ħadid magħquda wara żagħzugħ b’qalb ta’ ljun u talent li jħalik b’ħalqek miftuħ.

fd

“Nick u l-familja tiegħu jippersonifikaw l-ogħla virtù umana - il-kuraġġ. Kuljum jimxu' l quddiem b'mod aggressiv lejn l-avversità u jipprevalu. X’unur assolut kien li dawn jaqsmu l-istorja tagħhom miegħi ”- Jon Mallia

Meta Mercieca twieled, it-tobba qalu lill-ġenituri tiegħu li huwa mhu ħa jkun jaf jagħmel xejn. Nick mhux talli wera li kienu żbaljati hekk kif jibrilla fil-karatè, imma l-ispirtu tal-azzar tiegħu għen wkoll lil dawk ta’ madwaru jiġġieldu u jirbħu l-isfidi tagħhom.  

df

“Nick huwa bniedem b’qalb kbira, determinazzjoni u passjoni lejn l-isport li jgħamel." - L-Kowċ ta Nick

Biex jipprepara ruħu għall-paralimpiċi, Merċieċa għandu skeda impenjattiva. Nick jitrenja tlett darbiet fil-gimgħa fitness, umbad tlett darbiet oħra weight training. Apparti dan, huwa jkollu l-karate it-tnejn u l-gimgħa w s-sibt jkollu t-training mat-tim nazzjonali ta’ Malta. Nick jitrenja wkoll l-calisthenics ma’ sensei tiegħu Tyler Tanti. B’kollox ilu jitrenja tmien snin.

Grazzi speċjali tmur lil Julian Bajada mill-Kumitat Paralimpiku Malti għall-appoġġ tiegħu, u talli għaqqad lil kulħadd flimkien. L-istorja ma’ tieqafx hawnhekk. Ibqa' aġġornat dwar il-vjaġġ ta' Nick billi ssegwi l-paġni soċjali ta' Jon Mallia u Fort Fitness.

Mark Cassar


Kyle Zarb