"Kull qatra tgħodd, hux hekk jgħid il-Malti?" kiteb Bjorn Formosa fuq Facebook.

Kompla, "B'dik il-ħamsin ewro għadna kemm ħallasna żewġ sessjonijiet ta' terapija għal persuna li bħalissa tilef l-abbiltà li jiċċaqlaq minħabba l-MS. Grazzi lil dan il-ġuvnott u eluf ta' donaturi li qed tagħmlu dan possibbli."

Żied, "ALS Malta + tgħin 'l fuq minn 400 pazjent f'Malta u Għawdex b'mard newroloġiku. Nieħdu ħsieb li nagħtu għajnuna ta' fiżjoterapija, counselling, u apparat mediku b'xejn għal dawn in-nies ukoll."


Bradley Cachia