Dr. Georgiana Farrugia Bonnici kitbet post fuq il-grupp tagħha ×Be Holistically Healthy, MD× dwar il-professjoni ta' tabib tal-familja. Tabib tal-familja  huwa dak li lkoll nibqgħu niftakruh mhux biss għall-professjonalità tiegħu, iżda anke għall-konnessjoni li jibni mal-pazjenti u l-familji.

"Tabib tal-familja joffri kura medika komprensiva lil persuni ta' kull età u ġeneru, f'kull stadju tal-ħajja... mit-twelid sal-aħħar. It-tobba tal-familja huma mħarrġa biex jittrattaw firxa vasta ta’ kundizzjonijiet mediċi, kirurġiċi, pedjatriċi, ġinekoloġiċi, palljattivi, ta’ emerġenza u ta’ saħħa mentali."

Dr. Georgiana żżid, "It-tobba tal-familja huma parti imprezzabbli mill-katina tal-kura tas-saħħa." Issemmi wkoll dwar ir-relazzjoni tajba li jkollu t-tabib mal-pazjenti u l-familja.

"Ħiliet ta' komunikazzjoni tajba huma essenzjali f'dan il-qasam. Huwa magħruf sew li t-tobba tal-familja jibnu konnessjonijiet b'saħħithom kemm mal-pazjenti kif ukoll mal-familji tagħhom." 

Aqra aktar fil-post ta' Dr. Georgiana hawn taħt jew HAWN


Gwida.mt