Koppja Maltija tinsab inkwetata wara li persuna fil-familja instabet pożittiva għall-Covid-19 nhar it-Tnejn li għadda u waqt li diġà qegħdin kwarantina magħha, jkollhom jistennew biex jagħmlu t-test ġimgħa oħra.

Dan ifisser li apparti li jkollhom jistennew ġimgħa biex jagħmlu t-test huma wkoll, jekk wara li jagħmluh jirriżultaw pożittivi, ser ikollhom jagħmlu ġimagħtejn kwarantina (mandatorja) oħra. 

Bħalissa jidher li qed ikun hemm dewmien sakemm persuna tingħata appuntament għal swab test, u qed jitħallew jistennew fi djarhom waqt li jesperjenzaw is-sintomi.

Nixtiequ fejqan ta' malajr lil dawk kollha li għadhom qed jikkumbattu l-virus!


Kyle Zarb