Il-Pet Paradise Fiesta hi mhux biss avveniment, iżda ċelebrazzjoni tar-relazzjoni speċjali li l-annimali għandhom mas-sidien tagħhom.

Din is-sena l-avveniment se jkun fid-19 ta’ Mejju fil-BMX Warehouse ta’ Pembroke bejn l-10:00 u l-16:00, u se jkun ikbar u aqwa minn qatt qabel.

Minn attivitajiet eċitanti u logħob għall-annimali ta’ kull tip u daqs sa suq mimli b’varjeta’ kbira ta’ prodotti u servizzi. Se jkun hemm xi ħaġa għall-gosti tal-familja kollha.

Il-missjoni ta' Paws Tails and Whiskers hi li jagħmluha faċli u effiċjenti biex in-nies jieħdu ħsieb tal-annimali tagħhom. Il-Pet Paradise Fiesta hi mhux biss dwar kif se nieħdu ħsieb tal-annimali, imma wkoll opportunità eċċellenti biex is-sidien tal-annimali jiltaqgħu ma’ bejjiegħa lokali li joffru għażla vasta ta’ prodotti u servizzi.

Minn ikel tal-iprem kwalità sa aċċessorji tal-aħħar moda u minn servizzi ta’ tindif (grooming) professjonali sa teknoloġija innovattiva, tista’ ssib dan kollu u aktar fis-suq pet-friendly tagħhom.

X’se ssib fil-Pet Paradise Fiesta ta’ din is-sena?

Divertiment fil-forma ta’ programm ta’ moda tal-annimali, paddle pool, u logħob eċitanti għall-annimali u għas-sidien tagħhom. Tista' ddur is-suq u ssib varjetà ta prodotti u servizzi u tiltaqa’ ma’ nies oħra li għandhom għal qalbhom l-annimali.

Barra minn hekk, tinsiex tgħaddi sas-sezzjoni tal-addozzjonijiet li tinteressak jekk qed tfittex li taddotta qattus, jew jekk tixtieq tista’ tgħin b’donazzjoni żgħira. Kull appoġġ jgħodd.

Se jkun hemm ħafna x’tara u x'tagħmel waqt din il-Pet Paradise Fiesta u se jkun jum indimentikabbli għal persuni ta’ kull eta’. Aqbad iċ-ċinga, sib l-iktar ġugarelli għal qalb il-pet tiegħek u ejja sa ħdejna għal jum ta’ pjaċir, daħk u memorji bla tmiem.

Id-dħul huwa b’xejn, u l-annimali domestiċi huma mistiedna wkoll.

Għal aktar dettalji u aġġornamenti, mur fuq il-paġna tal-avveniment tagħna fuq Facebook permezz ta’ din il-ħolqa HAWN  

Ejja noħolqu ġenna għall-annimali u għas-sidien tagħhom flimkien – għax għal sħabna l-annimali, kuljum hija fiesta!

Facebook/ Paws Tails and Whiskers


Gwida.mt