Il-Eurovision Song Contest ilu għal snin twal pjattaforma għall-espressjoni artistika u rappreżentanza kulturali għal ħafna pajjiżi, inkluż Malta. Matul is-snin, Malta bagħtet firxa diversa ta’ artisti b’talent għall-kompetizzjoni, u kull wieħed ħalla l-marka tiegħu fuq l-avveniment. Permezz tal-intelliġenza artifiċjali, dawn l-artisti ħolqu cartoons verament sbieħ ta’ xi artisti li rrappreżentaw lil Malta tul is-snin.

Fl-istampi jidhru Mary Spiteri li rrappreżentat lil Malta fl-1992 u tibqa’ mfakkra għall-prestazzjoni tagħha ta’ “Little Child” li wasslet lil Malta fit-tielet post. Imbagħad Paul Giordimaina u Georgina Abela li fl-1991 irrappreżentaw lil Malta bil-kanzunetta "Could It Be." Ħolqu cartoon anke ta’ Debbie Scerri, ir-rappreżentanta ta’ Malta fl-1997, bil-kanzunetta tagħha “Let Me Fly”. 

Ma jistgħux jonqsu wkoll il-band li telgħet fl-2023, The Busker, bil-kanzunetta fuq tagħha “Dance (Our Own Party)” u tat prestazzjoni enerġetika mmens, u dik l-artista li din is-sena mistennija tagħmel l-istess fis-semifinali u nittamaw li anke fil-finali, Sarah Bonnici b’“Loop. ” 

Dawn il-cartoons iġġenerati bl-AI tassew ħelwin u jagħtu ġieħ lill-artisti ta’ talent li jibqgħu mfakkra għall-prestazzjonijiet tagħhom fil-Eurovision Song Contest.


Marija Bellia