Hemm min iħobb li kollox jimxi mal-kurrent u hemm oħrajn li jkunu jridu kollox jimxi strettament ma’ pjan li jsir minn qabel.

Koppja partikolari tat lil mistednin lista ta’ regoli li kellhom jimxu magħhom waqt iċ-ċelebrazzjoni tat-tieġ u din il-lista spiċċat viral għax ma tantx intlaqgħet tajjeb! Ħafna mill-kummenti stqarrew li jarawha dittatorjali żżejjed.

Ir-regoli kienu dawn:

  1. Dan huwa l-jum speċjali tal-għarajjes, mhux tiegħek.
  2. Tfixkilx il-fotografu.
  3. L-ilbies għandu jkun ISWED u/jew GOLD, mhux aħmar, blu, aħdar u żgur li MHUX ABJAD!
  4. Tbiddilx il-pożizzjoni tas-siġġijiet.
  5. Jekk ma ħriġt l-ebda flus għat-tieġ, l-opinjoni tiegħek hija irrilevanti .
  6. Tixrobx iżżejjed.
  7. M’hemm l-ebda avviżi jew proponimenti importanti.
  8. Jekk ma togħġbokx il-mużika li qed tindaqq, sempliċiment mur id-dar. Din hija ċelebrazzjoni, mhux funeral.
  9. Dan huwa avveniment bit-tema 99 u 2000s, u se jkun hemm it-twerking.
  10. Uża l-hashtag tal-għarajjes meta titfa’ r-ritratti.
  11. Toqgħodx bilqiegħda l-lejl kollu.
  12. Ebda xorb barra. Jekk tinqabad, titkeċċa ‘l barra.
  13. Erġa ara l-ewwel regola.

Intom taħsbu li kienu stretti żżejjed jew għandhom raġun fi wħud minnhom?


Marija Bellia