Sewwa qrajtu, l-isqos t'Għawdex il-Mons. Mario Grech kien mudell. Imma mhux mudell minn dawn li naraw fl-isfilati tal-moda. Kien mudell għal statwa partikolari, statwa li kull min żar Għawdex xi darba jew oħra żgur li ra.

Qed nitkellem fuq l-istatwa tas-Salvatur fuq l-Għolja tal-Merżuq, int u nieżel Marsalforn. Probabbli nistgħu ngħidu li din waħda mill-aktar statwi magħrufa f'Malta u Għawdex u hi attrazzjoni wkoll għal ħafna turisti.

View this post on Instagram

A post shared by Aidan Micallef (@what.a.wicked.game) on

Li ftit jafu li din l-istatwa tinsab madwar 300 pied 'il fuq mill-baħar, hi twila sitt metri u jekk wieħed ikejjel il-ftuħ ta' dirgħajn din l-istatwa jsib ukoll li huma twal sitt metri wkoll. Maż-żmien l-Għolja tal-Merżuq saret magħrufa bħala l-Għolja tas-Salvatur.

L-istatwa oriġinali kienet inqerdet u fis-snin sebgħin, l-artist Karmenu Grech kien beda jaħdem fuq l-istatwa li hemm illum, li hi miksija bil-fiberglass minħabba l-elementi naturali li qerdu l-istatwa ta' qabilha.

View this post on Instagram

A post shared by Loops (@loops75) on

Meta Karmenu kien qed jimmudella din il-famuża statwa, kien talab lin-neputi tiegħu sabiex jippużalu. In-neputi ta' Karmenu ma' kien ħadd ħlief, il-Mons. Mario Grech li llum il-ġurnata hu l-isqof t'Għawdex. Min qatt kien jobsor li tant snin wara kellu jsir l-isqof ta' din il-gżira?

L-istorja ta' din l-istatwa skoprejnieha grazzi għal Joe Julian Farrugia waqt il-programm tiegħu Radju Kafe fuq Radju Malta, li jixxandar kuljum bejn 16:30 u 18:00.

Facebook / Diocese of Gozo


Emil Calleja Bayliss