Il-kitarra u Kevin Paul tista' tgħid li llum il-ġurnata kważi ħaġa waħda, saret xi ħaġa sinonima mal-kantant u naħseb rari kienu l-okażżjonijiet li rajnieh mingħajr kitarra.

Li ftit jafu hu li Kevin Paul tgħallem idoqq il-kitarra għax kien verament defsa. Hekk qalilna hu stess fl-intervista li għamillu l-editur tal-Gwida ftit jiem ilu! Kevin kien qal lil Fr. Karm DeBattista li hu jaf idoqq id-drums, iżda meta talbu jmur għal prova, Fr Karm mill-ewwel induna li Kevin ma kellux ħjiel tad-drums.

Dakinhar Fr Karm qallu: "għalkemm naf li ma tipprattikax, qed nifhem xi ħaġa fik li għandek sens ta' ritmu." Kevin jgħidilna li minn hemm beda jipprattika u dħalt fl-orkestra tal-iskola indoqq id-drums. Biex nifthemu jistqarr li ma kienx xi drummer stilla, imma dak kien l-ewwel strument tiegħu.

Minn hemm Kevin bil-mod beda jitħajjar jibda jdoqq il-kitarra. Hu beda jitgħallimha mingħand Fr Karm u mill-komunità tan-Neo-Katokumenali. Kevin jgħid magħna li "Kien hu li ħeġġiġni li ndoqq il-kitarra quddiem in-nies" filwaqt li aktar tard jgħid l-istess ħaġa għal kant fejn Kevin beda jkanta fil-quddies.

Facebook / Kevin Paul


Emil Calleja Bayliss