John Bundy kien mistieden waqt il-programm Awla, li ddiskuta l-bullying, problema soċjali li kienet u għadha preżenti. John isemmi kif il-bullying tal-passat u dak tal-lum grava, għax meta tmur id-dar, il-bullying ikompli fuq il-midja soċjali - "jibqa' miegħek 24 siegħa kuljum."
John jaqsam esperjenza personali meta kien ibbuljat l-iskola, u spiċċa biex qal lil ommu twasslu hi l-iskola.
"Kienet ġiet miegħi l-iskola... Staqsietni min hu dak li qed isawtek? Għidtilha dak li hemm... ħaditni quddiemu u staqsietu, 'għalfejn issawtu lil John? Qallha, 'għax ma naħmlux'... daqs kemm iħobbok John, għalfejn ma taħmlux?' Fetħet il-basket, ħarġet borża kannella bil-ħelu, u qaltlu, 'ħa din tahielek John."
Jispjega kif wara dakinhar, spiċċa wieħed mill-ikbar ħbieb tiegħu dan l-istudent. John jgħid, "X'għerf kellha din il-mara! Ħadet in-naħa l-oħra tal-munita biex solviet din il-problema serja."
Segwi aktar HAWN