Il-kantanta Eleanor Cassar kitbet messaġġ mill-isbaħ għal dik il-persuna li mill-bidu nett ta' ħajjitha, kienet l-iktar mara li ħabbitha b'imħabba kbira, l-għażiża ommha. Fil-fatt illum qed tiċċelebra għeluq sninha!

Eleanor xerrdet ritratt mill-isbaħ tagħha, kif ukoll kitbitilha messaġġ sabiħ.

"Ghaziza Ommi illum gurnata specjali ghalina ...Nirringrazjaw lil Mulej li konna ixurtjatli li 80 sena ilu twellit inti u kellek tkun l Omm taghna. Grazzi Mulej ta din l eta sabiha ,kompli zomm idejk fuqha b hafna paci f qalba u sahha!"

Awguri mill-qalb lil omm Eleanor! Nixtiqulha aktar snin ta' saħħa, hena u dak kollu li tixtieq qalbha!


Kyle Zarb