L-artisti Lapes u Nadine ftit ilu għadna kemm rajniehom bil-vjaġġ tagħhom fir-raba' staġun X Factor Malta. Vjaġġ li wassalhom mal-aqwa tlieta tal-istaġun. 

Din il-koppja waqt intervista fuq Għaddi s'hawn ġew mistoqsija dwar min ittanta lil min. Lapes jammetti li kien hu! Fil-fatt Lapes u Nadine ilhom ħbieb snin twal, dejjem kien hemm il-mużika li għaqdithom flimkien.

"Konna ilna ħbieb tnax-il sena... Li kont nara li dejjem kien hemm sinerġija tal-karattru, hi għandha karattru hekk, u tiegħi mod ieħor imma flimkien jaqblu," jispjega Jean Claude. Huma jaqblu li l-mużika kienet dak l-element li dejjem qablu biha.

Lil Lapes u Nadine konna rajniehom ikantaw anke flimkien waqt l-ewwel edizzjoni ta' Malta's Got Talent fl-2021. Segwu aktar hawn taħt:


Kyle Zarb