Ilbieraħ għalqet 88 sena l-attriċi u preżentatriċi bravissima Mary Grech li hija wiċċ magħruf sew fl-ispettaklu Malti.

Mary ħadet sehem f'fost l-iżjed produzzjonijiet magħrufin f'pajjiżna fosthom Ipokriti, One Star Hotel kif ukoll Becky The Return.

Hi wkoll kienet waħda mill-ewwel preżentaturi ta' Xandir Malta fejn hemmhekk kellha l-opportunità tippreżenta numru ta' programmi.

L-attriċi Għawdxija kienet ukoll mart il-mibki attur Victor Grech li ħalla din id-dinja madwar sentejn ilu. Żgur li jibqa' l-aktar magħruf għall-parti ta' Sander li kien interpreta fis-serje tant popolari Ipokriti.

Awguri, Mary!

Sors: M3P / Mary Grech

Ritratti: TVM News u The Malta Independent


Cristian Tonna