L-għaqda Second Chance Horse Rescue esprimew is-sodisfazzjon tagħhom wara li żiemel li meta nstab bosta kienu qalulhom sabiex iraqduh, issa jidher li qiegħed jagħmel progress kbir.

"Sibnih iktar kmieni din is-sena f'qagħda severa ta' nuqqas ta' piż," spjegat l-għaqda. Fil-fatt, dan iż-żiemel kien instab lura fi Frar biss jidher li bil-għajnuna u l-kura mogħtija mill-għaqda, saħħtu marret għall-aħjar.

Bosta kienu dawk li ferħulhom għax-xogħol tagħhom li se jwassal sabiex dan iż-żiemel u bosta oħrajn bħalhom jingħataw opportunità għal ħajja aħjar.

Prosit tassew!

Ritratti: Facebook / Second Chance Horse Rescue


Cristian Tonna