Bosta qed jawguraw l-isbaħ xewqat lill-attur Matthew Sant Sultana li llum jagħlaq 30 sena.
Żgur li ħafna jiftakruh jinterpreta l-karattru tal-Lajf waqt il-programm komiku Min Imissu li tant kien maħbub mill-Maltin.
Snin ilu Sant Sultana kien ukoll ħa sehem fis-serje La Tħobbnix li fit-tieni staġun tagħha kienet ħadet l-isem Ħobbni Ftit.
Rajnih ukoll dan l-aħħar f'produzzjonijiet lokali oħrajn fosthom DIVISION 7, Merjen kif ukoll Il-Miraklu ta' Ħal Saflieni.
Awguri, Matthew!
Ritratti: Facebook / Matthew Sant Sultana