L-attur komiku Sander Agius saħaq li wieħed mill-iżjed karattri li ħalaq hu u baqa' jissemma matul is-snin huwdak ta' Vinnie. 

Intervsitat waqt Cavemen Malta, Sander irrakkonta wkoll l-esperjenza li kellu f'parkeġġ ġewwa Paceville li ispiratu sabiex proprju jsawwar dan il-karattru li tant nissel tbissima fost il-poplu Malti.

"Ma stajtx insib parking u l-parker baqa' jinsisti li kien hemm fejn tipparkja u meta kellimtu qalli, 'Mela qed taħsibni li ma narax'," irrakkonta Agius.

Sander saħaq li l-kummiedja tagħtih sodisfazzjon kbir biss semma li għandu l-intenzjoni li anke jipparteċipa f'produzzjonijiet iżjed serji.

@cavemenmalta L-ispirazzjoni tal-karattru Vinnie #FYP #malta #cavemenpodcast #maltatiktok #Malta #TrendingNow #sander #danusan #podcastclips #MaltaTV ♬ original sound - Cavemen

Ftit ġimgħat ilu, wara 'l fuq minn 25 sena, Sander Chircop ħabbar flimkien mal-attur Daniel Chircop li mhumiex se jibqgħu jaħdmu bħala DANUSAN.

Ritratti: Facebook / Chrysander Agius u DANUSAN


Cristian Tonna