Carlo Borg Bonaci, ir-raġel wara l-vuċi li tant nisimgħuha f'postijiet differenti, din id-darba se jkun il-mistieden ta' Melanie Kelly fejn se jiddiskuti diversi affarijiet. La ħa jkollna lil Carlo, ma jistax ma jitkellimx dwar id-deċiżjoni li ħa dan l-aħħar iżda mhux biss.
Hu se jitkellem ukoll dwar iż-żmien ta' meta marad u kemm ħassu furtunat li kollox għadda b'wiċċ il-ġid. Japprezza l-fatt li mhux kulħadd ikun daqshekk fortunat li jgħaddi minn dan iż-żmien ta' sfida u kollox jintemm b'wiċċ il-ġid.
Carlo jirrakkonta dwar il-karriera tiegħu, it-tibdil li għamel matul iż-żmien u kif dejjem ifittex xi ħaġa differenti biex ma jistaġnax f'dak li jkun qed jagħmel. Anzi dejjem ifittex li jkun innovattiv sabiex ma jeħilx fl-istess post. Kwalità mill-isbaħ.
F'dan il-podcast se ssiru tafu lil Carlo Borg Bonaci mill-viċin mela ngħaqdu magħna biex isegwu l-episodju li jmiss ta' Kellymni - Il-Podcast ta' Gwida.mt bi preżentazzjoni ta' Melanie Kelly, għada it-Tnejn 25 ta' Novembru, mit-20:00 'l quddiem.