Marie-Louise Coleiro Preca, wiċċ magħruf sew lokalment. Okkupat waħda mill-ogħla karigi fil-pajjiż, dik tal-President tar-Reppublika u qabel hi kienet ukoll serviet għal snin twal fil-Parlament ta' Malta fejn ikkupat diversi rwoli.

Marie-Louise se tkun il-mistiedna li jmiss ta' Kellymni fejn se titkellem dwar diversi suġġetti u episodji interessanti li għaddiet minnhom tul is-snin. Hi titkellem b'mod partikolari fuq l-importanza li l-ġenituri jqattgħu żmien mat-tfal tagħhom.

Hi tispjega kemm l-ewwel snin huma fundamentali fit-trobbija tat-tfal u b'hekk hu importanti li fejn hemm bżonn l-istat jagħti daqqa t'id sabiex jassigura li l-pedament tas-soċjetà ta' għada jkun wieħed verament sod!

F'dan il-podcast se ssiru tafu lil Marie-Louise Coleiro Preca aktar mill-viċin u se tiskopru l-passjoni kbira tagħha biex tgħin lil ħaddieħor għax temmen li kulħadd għandu jkun stmat b'dinjità. Ingħaqdu magħna biex isegwu l-episodju li jmiss ta' Kellymni - Il-Podcast ta' Gwida.mt bi preżentazzjoni ta' Melanie Kelly, għada it-Tnejn 7 ta' April, mit-20:00 'l quddiem.


Emil Calleja Bayliss