Il-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca, li għandha għal qalbha ċ-ċittadin. Minn dejjem ħadmet u rsitiet biex taqdi lil dak li jkun. Qalbha tħabbat għal min hu inqas ixxurtjat u dawk li jkunu qed jgħixu b'xi sfida jew oħra. Hi titkellem dwar il-ħidma tagħha u anke kif jirnexxielha tlaħħaq f'ħajja daqstant impenjata.
Marie-Louise titkellem dwar il-povertà li hawn f'pajjiżna u s-sitwazzjonijiet differenti li ċ-ċittadini stess ma jafux li jeżistu.
"Niltaqa' ma' ħafna nies u meta nsemmi per eżempju xi affarijiet, jibqgħu skantati. Ma jemmnux li jeżistu ċerti każijiet... Dan l-aħħar, kienet fil-gazzetti din, li l-YMCA tkellmu fuq l-istatistika tas-sena li għaddiet, u qalu li żdiedu aktar persuni bla saqaf, anzjani... Immaġina, tkun ta' ċertu età u tispiċċa m'għandekx saqaf fuq rasek."
Titkellem dwar ċerti kummenti mingħand min ma jemminx li hawn il-faqar madwarna, u jinsinwa li mhux veru qed ibatu n-nies, sempliċiment għax iżommu ruħhom, ngħidu aħna. "Skużi ta', ġifieri qed tipprova tarmi realtà... lanqas nixtieq nara mara li għaddejja minn ċertu dulur, allura ma żżommx ruħha... x'irridu aħna?..."
Segwi aktar hawn taħt: