National Blood Transfusion Service - Malta tellgħu ritratt fuq il-profil tagħhom li bla ma trid jimlik b'sens kbir ta' ferħ. Persuna li ġiet bżonn id-demm xtaqet turi l-apprezzament u l-gratitudni tagħha wara l-għajnuna kbira li sabet mid-donazzjonijiet li ta l-poplu Malti u Għawdxi.

Fl-ittra l-persuna tirringrazzja mill-qalb lil National Blood Transfusion Service tad-demm li tawha biex setgħet tibbenefika minnu għal saħħitha, u tisħaq li "kieku mhux għall-ġenerosita tagħkom ma kienx jirnexxieli". Kliem bħal dan ikompli jħeġġiġna biex nagħtu kemm nistgħu u ngħinu lil min hu fil-bżonn.

Jonathan Joslin


Kyle Zarb