Li ssiefer u żżur pajjiżi differenti hija ħaġa verament sabiħa u rilassanti. Fuq l-istazzjon Vibe FM Frank qajjem diskussjoni dwar jekk isifrux jew le jekk l-ajruplani jkunu mingħajr twieqi.

Valentina mal-ewwel qalet li ssiefer xorta waħda għax it-tieqa tkun magħluqa u xorta ħafna drabi n-nies jispiċċaw jorqdu waqt it-titjira fuq l-ajruplan. Carl Bee ma qabilx magħha għax ikun jixtieq li għallinqas, għalkemm it-tieqa tkun magħluqa xorta waħda jkun qed jara minnha.

Frank staqsihom ukoll jekk jiddejqux kieku l-karozzi fil-futur isuqu mingħajr sewwieq u għalhekk ma jagħmlulhomx twieqi imma la Valentina u l-anqas Carl Bee ma qablu ma’ din l-idea.


Henzley  Bezzina