Natius Farrugia, illum jiċċelebra għeluq sninu. Natius persuna b'karattru vivaċi u li jiġbed is-simpatija ta' ħafna u ħafna nies. Hu għamel snin bħala Sindku taż-Żurrieq, u llum jokkupa l-kariga ta' Viċi Sindku.

Illum hu jum tassew għażiż għal Natius għax jiċċelebra għeluq sninu. Kienu diversi personalitajiet lokali li awguraw lil Natius l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali. Huwa jsegwi ħafna l-mużika Maltija u jissapportja wkoll it-talent Malti. Barra minn dan hu segwaċi tal-Eurovision Song Contest u dejjem saħaq li Malta għad tirbħu dan il-festival prestiġġjuż.

Aħna f'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt, nawguraw lil Natius l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu jum mimli b'tant u tant allegrija, filwaqt li jkollu sena mżewqa b'saħħa, ħbieb u esperjenzi memorabbli. Awguri minn qalbna Natius.


Emil Calleja Bayliss