Meghan Markle kellha sessjoni ta' sagħtejn fejn fiha ġiet mgħallma kif iżżomm il-kikkra u tuża l-plattina bil-mod korrett, u kif iżżomm il-furketta u s-sikkina, qabel kellha ċ-ċans li tippranza mar-reġina.

Is-sessjoni ta' etikett saret minn Edmund Fry li għandu ħanut pulit tat-te' ġewwa Kalifornja.

Hu kellhu kummenti pożittivi fuq Meghan li għanda kontroll tajjeb tagħha nnifisha, ġentili u pulita.

Hu uriha kif għandha tixrob it-te', tpoġġi l-pożati fil-pożizzjoni korretta, u regoli t'etikett oħra bħal x'għandek tagħmel bis-sarvetta.

Is-sur Fry qal li Meghan tant ħadet gost li xtaqet tirritorna lejn il-ħanut tiegħu.

U x'mistoqsijiet staqsiet Meghan lis-sur Fry?

Fostom kien hemm kif iżżomm il-kikkra u kif tpoġġiha fuq il-plattina, fejn għandha tpoġġi l-kuċċarina, kif ukoll kif għandha tpoġġi b'mod pulit iżda komdu fl-istess ħin.

Taħseb li din il-kortesija hija turija ta’ rispett lejn ir-reġina jew kollha sinifiteti żejda?


Luke Borg