Il-preżentatriċi Joanna Camilleri għadha kif ġiet fdata rwol ġdid mill-kumpanija Miss Malta. Fil-fatt Joanna ser tkun mentor li tħarreġ lill-parteċipanti ta' din is-sena f'dak kollu relatat mal-midja u l-personalità.

"Hija se tkun qed tiffoka fuq li tagħti pariri lill-kontestanti meta jidhru fuq il-midja u jitkellmu fil-pubbliku, kif jippreżentaw lilhom infushom." Tagħti pariri wkoll fil-mod kif jużaw il-body language f'dak li jagħmlu.

Il-maħbub tagħha Heinrich Camilleri ferħilha għal dan li kisbet u qalilha kemm hu kburi biha. "Kburi bik Joanna. Emmen u akkwista. Ibqa' iddi."

Nawgurawlha mill-qalb!


Kyle Zarb