Wiċċ Karin Duff żgur li mhux ġdid, hekk kif it-tfajla waslet sal-fażi tad-djar tal-ġurija f'X Factor Malta tal-ewwel edizzjoni. Il-personalità lokali talbet lil dawk li jsegwuha fuq instagram biex jagħmlulha xi mistoqsijiet u minnhom nistgħu ngħidu li skoprejna ftit kurżitajiet mingħand din il-kantanta.

Ritratt: Instagram / Karin Duff

Waħda mill-mistoqsijiet kienet li ftit għadhom jarawha f'xi party jew ieħor, bl-aktar mod ġenwin Karin qalet li dan is-sajf kellha bosta impenji, dejjem għaddejja tkanta fi tmiem il-ġimgħa, filwaqt li tikteb il-lirika matul il-ġurnata barra l-qadi li jkollha tagħmel.

Hi tgħid li fil-ġranet li ma kienet libera, kellha xi affarijiet oħra ġejjin fejn riedet tieħu ħsieb il-vuċi tagħha. Tistqarr li kella tissagrifika l-ħajja soċjali tagħha aktar minn kemm xtaqet dan is-sajf imma taf li fl-aħħar mill-aħħar dan li qed tagħmel jiswa ta' ġid.

Ritratt: Instagram / Karin Duff

Skoprejna wkoll li lil Karin Duff ħa nerġgħu narawha fit-tieni staġun ta' X Factor, hi ikkonfermat li applikat għal dan il-programm! Tgħid ħa narawha b'xi materjal oriġinali din is-sena, b'hekk kienet qed tgħaddi ħafna mill-ħin tagħha ġewwa?

Ikollna nistennew u naraw. Awguri Karin!

Facebook / Karin Duff


Emil Calleja Bayliss