Il-kantant lokali Daylin Cassar Randich għadu kemm kiseb suċċess f'konkors internazzjonali li jġib l-isem ta' Bravo Festival Junior 2024, fejn klassifika fit-tielet post. Hu rrappreżenta lil Malta, u saħansitra kien l-unika Malti li pparteċipa.

Daylin kanta l-kanzunetta Writing's on the Wall, kantata oriġinarjament minn Sam Smith. Il-kanzunetta kienet il-kanzunetta uffiċjali tal-film Spectre lura fl-2015. Nistgħu ngħidu li qaditlu perfettament, u kantaha b'kunfidenza u passjoni.

Fost il-pajjiżi li klassifikat fuq quddiem kienu Spanja u l-Ukrajna. Fir-raba' u l-ħames post wara Malta ġew il-Maċedonja u l-Armenja. Tajjeb insemmu li Daylin għal Malta kiseb it-tieni post mal-ġurija, 11-il punt biss 'il bogħod mill-ewwel post.

Awguri minn qalbna għal aktar suċċessi u Prosit kbira Daylin!


Kyle Zarb