Keen'v forsi mhux isem magħruf fl-industrija lokali, imma fl-industrija Franċiża dan il-kantant igawdi minn fama kbira. Tant u hekk li l-filmat mużikali tal-kanzunetti tiegħu rawhom miljuni ta' nies. Fuq il-kanal tiegħu ta' YouTube, Keen'v għandu biss biss, miljun persuna li jsegwu dak kollu li jkun qed jagħmel.

Lura f'Ottubru l-kantant kien jinsab Malta sabiex jiġbed il-filmat mużikali għal kanzunetta Pour y Arriver, filmat mużikali li ħareġ proprju llum fejn wieħed jista' jgawdi mis-sbuħija ta' Malta. Mhux hekk biss, imma wkoll fil-filmat jista' jara lil Ike Mizzi, li tista' tgħid huwa l-attur prinċipali f'dan il-filmat. Miegħu jidher ukoll Reuben Micallef, li ħafna jafuh fil-parti ta' Bernard fis-sensiela L-Għarusa

Minn informazzjoni li għandna, jidher li l-filmat kellu produtturi u krew Malti! Barra minn hekk, wieħed jista' jilmaħ diversi Maltin bħala extras. Forsi taraw lil xi wiċċ familjari u tgħaddulu dan l-artiklu wkoll. Faċilment ukoll li tindunaw liema huma l-postijiet li jidhru minn pajjiżna u ngħiduha kif inhi joħloq sfond mill-aqwa. 


Emil Calleja Bayliss