Il-kantanta lokali Yazmin Helledie llum qed tiċċelebra żewġ okkażjonijiet mill-isbaħ fil-familja tagħha. Fil-fatt żewġ persuni importanti għaliha qed jiċċelebraw għeluq sninhom, u għaldaqstant ma jonqosx l-awgurju tagħha!

Illum xjaħu sena oħra n-nannu tagħha, li ssejjaħlu "l-ewwel imħabba ta' ħajti", kif ukoll il-maħbub tagħha Keith Panelli, "l-aħħar" imħabba ta' ħajjitha. In-nannu ta' Yazmin għalaq 83 sena fil-waqt li Keith 34.

Tefgħet anke ritratt magħhom it-tnejn f'daqqa għall-okkażjoni, u s-segwaċi minnufih imlewlha l-post bix-xewqat sbieħ. Awguri minn qalbna lil dawn iż-żewġt irġiel importanti għal Yazmin! Xewqat sbieħ f'isem Gwida.mt!

Facebook/ Yazmin Helledi/ The Malta National NYE Ball


Kyle Zarb