Ftit jistgħu jimmaġinaw kif Joseph Calleja spiċċa jkanta ġewwa l-katidral bla ħadd ma nduna. Imma hekk ġara l-ġimgħa li għaddiet, wara li daħal fil-Katidral hekk kif kien qed jagħlaq għal ġurnata.

Hu ma kellu l-ebda intenzjoni li jkanta imma meta kien ġewwa, l-akustika tal-katidral ġibditu mmens u spiċċa jkanta, malajr mela kull rokna bil-vuċi sabiħa tiegħu. Ħadd ma kien preżenti ħlief erba' rġiel li kienu qed jarmaw il-katirdral għall-festa ta' Santa Marija.

Hu u ħiereġ, Joseph iltaqa' ma' Mgr Gużepp Gauci li ma kellux idea x'ġara sa ftit minuti qabel għax is-silenzju kien irrenja mill-ġdid. L-Għawdxin taf jaraw dan bħala ċans mitluf, imma ħabib ta' Calleja ġibed dawn il-mumenti prezzjużi fuq il-filmat.


Emil Calleja Bayliss