Jitħabbru l-finalisti tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza li ħa jsir ġewwa Blata L-Bajda fid-19 ta' Settembru. Din is-sena 20 finalist ħa jkunu qed jissieltu sabiex jirbħu it-28 edizzjoni ta' dan il-Konkors. Konkors li intrebaħ minn numru ta' kantanti stabbiliti.

Fost ir-rebbieħa insibu lil: Lawrence Gray, Eleanor Cassar, Fabrizio Faniello, Amber, Claudia Faniello, Mark Tonna, Ira Losco, Nadine Axisa u Roger Tirazona, Miriam Christine, Ivan u Kaya, Annabel Debono, Michela Galea, Dario Bezzina, Mike Spiteri u Nicole Falzon.

Il-kanzunetta rebbieħa tas-sena li għaddiet kienet il-kanzunetta Il-Pinna kantata minn Sarah Bonnici, b'kompożizzjoni tal-istess Sarah Bonnici u Mark Laurence Zammit u lirika ta' Emil Calleja Bayliss, fit-tieni post spiċċat Victoria Scibberas bil-kanzunetta Siluwett u fit-tielet post il-kantant Sebastian Calleja bil-kanzunetta Dak Li Taf.  

Il-ġurija li ġġudikaw din il-fażi kienu: Charles Bellia, Joe S. Grech, Marilena Gauci, Tony Mercieca, Daniel Testa, Joe Vella u Pierre Zammit. Dawn huma l-20 kanzunetta finalista ta' din is-sena:

1. Ngħix - Amber Grace (Aldo Spiteri / Emil Calleja Bayliss)

2. Frammenti - Domenique (Philip Vella / Mark Amaira)

3. Nipproteġik - Ruth Portelli (Mark Scicluna)

4. Strument Bla Ħoss - Graziana Hili (Graziana Axisa / Emil Calleja Bayliss)

5. Wirt Tfuliti - Cherylis (Philip Vella / Emil Calleja Bayliss)

6. Taħt Sema Malti - Mark (Philip Vella / Paul Ellul)

7. Li Stajt Nagħżel Jien - Rachel Lowell (Mark Spiteri Lucas / Rita Pace)

8. Maskri - Justine Delmar (Mark Spiteri Lucas / Emil Calleja Bayliss)

9. Nanna - Kayley Cuschieri (Mark Spiteri Lucas / Rita Pace)

10. Dellijiet - Daryl Schembri  (Chan Vella / Alexia Schembri / Maria Schembri)

11. Warda - Rutger Scicluna Galea (Dominic Cini / Cliff Casha)

12. Ma Ninsew Qatt - Domenique (Mark Debono / Rita Pace)

13. Katrin - Krista Spiteri Lucas (Kaya / Emil Calleja Bayliss)

14. Lgħabt Man-Nar - Mikhail (Mikhail Attard / Glen Vella / Emil Calleja Bayliss)

15. Sfumaw - Danica Muscat (Philip Vella / Emil Calleja Bayliss)

16. Dellu Tqil - Simone Gauci (Rita Pace)

17. Ta' Kuljum - Maria Spiteri (Augusto Cardinali / Emil Calleja Bayliss)

18. Ritwal - Kayley Cuschieri (Dominic Cini / Rita Pace)

19. Ritratt M'Għandix - Mirko Bugeja (Rita Pace / Stephen Baldacchino)

20. Kif Ma Tismax - Kevin Cortis (Dominic Cini / Andre Vella)

Il-festival ħa jkollu preżentazzjoni ta' Charles Saliba flimkien ma' Christine Amaira. Minn hawn nawguraw lil finalisti kollha l-isbaħ xewqat għal kompetizzjoni ta' din is-sena! Wara l-libertà tal-espressjoni x'se jkun is-suġġett tal-kanzunetta rebbieħa?

Marlon Polidano


Anthony Baldacchino