Stabbilit lejn l-aħħar tas-snin disgħin, APS Teatru Unplugged huwa avveniment ta’ mużika akustika li beda jwassal mużika kontemporanja fit-Teatru Manoel.

B’ħames settijiet ta’ ġeneri eklettiċi li jikkonsistu minn cover versions ta’ kanzunetti innovattivi kif ukoll kanzunetti oriġinali, dan l-avveniment huwa uniku. Fl-edizzjoni ta’ din is-sena se jieħdu sehem diversi artisti lokali.

Fosthom hemm Dario Genovese, Djun, Family3 ma’ Jackie Pace Delicata, Chasing Pandora, u Moira Stafrace. Colin Fitz ser ikun il-preżentatur għal din l-edizzjoni tal-APS Teatru Unplugged, li ġie stabillit lura fl-1998 minn Jonathan Shaw u Nirvana Azzopardi.

APS Teatru Unplugged huwa l-avveniment annwali li ilu jittella’ għal żmien twil. L-edizzjoni ta’ din is-sena hija produzzjoni ta’ Teatru Manoel u Julia Hickey bid-direzzjoni artistika ta’ Renzo Spiteri.

L-avveniment huwa appoġġjat minn APS Bank, Baileys u Olimpus Music. It-tim Artistiku jikkonsisti f'Julia Hickey bħala d-direttur kreattiv u Renzo Spiteri bħala d-direttur artistiku.


Kyle Zarb