Illum jiċċelebraw l-anniversarju tagħhom omm u missier il-kantanta lokali Enya Magri. F'dan il-jum għażiż, Enya taqsam ritratt tal-ġenituri tagħha u tiktbilhom messaġġ mill-qalb sabiex tawguralhom f'dan il-jum għażiż.

Enya tikteb, "L-Anniversarju t-Tajjeb għeżież tiegħi! L-imħabba tagħkom hija eżempju ta’ saħħa u perseveranza, li turi lilna lkoll l-imħabba vera hija dwar li nibqgħu ma’ xulxin f’kull triq fil-ħajja. Inħobbkom tant Elaine u Paul."

F'isem it-tim ta' Gwida, nieħdu l-opportunità sabiex nawgurawlhom l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollhom ġurnata mimlija b'dak kollu li trid qalbhom. Nawgurawlhom ħafna aktar snin ta' mħabba u għożża.

Awguri!

Facebook / Enya Magri


Emil Calleja Bayliss