Ricky Gervais, imwieled fil-25 ta' Ġunju 1961 fl-Ingilterra, huwa komiku, attur, kittieb, u direttur. Hu ħoloq, kiteb, u rrexta f'sitcoms bħal The OfficeExtrasAn Idiot AbroadLife's Too ShortDerek, u After Life. Is-suċċessi tiegħu huma kotrana.

F'messaġġ li tella' fuq il-mezzi soċjali huwa qasam ritratt minn tfulitu u kiteb hekk: "Jien u nikber ma kellniex flus. Missieri kien ħaddiem u ommi kienet tagħmel minn kollox biex iżżommna għaddejjin. L-irġiel kienu jaħdmu bla heda. In-nisa kienu jagħmlu l-mirakli. Iżda l-edukazzjoni kienet b'xejn. Bħalma kienet il-librerija lokali. Kont naf li l-kotba kienu l-passaport tiegħi għal ħajja aħjar."

Il-messaġġ ta' Gervais għandu jnebbaħna lkoll dwar l-importanza tal-qari. Hawn ħafna riżorsi u postijiet minn fejn tista' takkwista materjal għall-qari, mhux bilfors billi tixtri l-kotba. Biex tiskopri aktar dwar il-libreriji f'Malta, agħfas HAWN.

Ktieb tajjeb ma jagħmel ħsara 'l ħadd.

IMDb & Pixabay


Bradley Cachia