L-awtur lokali, Matthew Mercieca, magħruf ma' ħafna bħala l-Muxu bħalissa jinsab fi kwarantina minħabba li nstab pożittivb għall-Covid-19. Hu qasam l-aħbar permezz tal-instagram stories.

Matt jgħid, "hekk kif ħafna minkom semgħu jew issuspettaw jien għandi l-Corona u bħalissa ninsab iżolat waħdi fejn ilni għal żmien pjuttost twil. Grazzi 'l Alla s-sintomi tiegħi kienu ħfief ħafna u jien wieħed minn dawk fortunati. Jekk jogħġbkom kunu iktar ġentili u kompassjonanti ma' dawk li għandhom l-Corona, ħadd ma jġibha minn jeddu u l-istigma li ħassejt talli għandi hija xi ħaġa li qatt ma ħassejt qabel."

Hu jkompli jistqarr, "jekk xi ħadd li tafu jew li tħobbu għandu tkellem magħhom billi tibgħatulhom messaġġ u mhux tfakkruhom li hemm xi ħaġa ħażina dwarhom." Hu jistqarr li kienet sfida, "mentalment kienet diffiċli imma grazzi lil Alla li trabbejt biex inżomm enerġiji pożittivi f'mumenti ta' sfida."

Il-Muxu jagħlaq il-messaġġ tiegħu b'nota ta' ringrazzjament, "lil dawk kollha li bagħtuli l-imħabba grazzi ħafna. Onestament ngħidilkom ħudu ħsieb tagħkom infuskom."

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt nawgurawlek fejqan ta' malajr u nittamaw li kollox jgħaddi b'wiċċ il-ġid! Kuraġġ Matt!

Facebook / Matt Muxu Mercieca


Emil Calleja Bayliss