Mhux l-ewwel darba smajna bi stejjer paranormali... iżda ftit huma dawk li jgħidu li raw purċissjoni sħiħa ta' iħirsa. Violet hi waħda minnhom. Hi qasmet l-istorja tagħha fil-qosor mal-paġna The People of Malta. Araw eżatt x'kellha xi tgħid!

Violet tgħid, "Jidhirli l-ħares. Minn mindu kont xebba kont narah il-ħares. Rajt purċissjonijiet jimxu fit-triq u x-xatt. Hawn il-Birgu ssib oħrajn bħali li jemmnu u jaraw il-ħares. Jien noqgħod qrib il-Palazz tal-Inkwiżitur. Leħen ta' tarbija tibki ħierġa minn hemm ġew smajt ukoll. U mhux waħdi nismagħhom jew nara dawn ix-xeni."

Hi żżid, "Illum xjaħt. Filgħodu nqum, inrodd salib u nirringrazzja lil Alla u wara mmur il-quddies. Illum xejn ma nagħmel xogħol għax xjaħt u forza m'għandix. Kelli 7 itfal u wieħed minnhom mietli seba' snin ilu. Kellu 49 sena. Mort inqajmu u sibtu mejjet. Għadni sal-lum immur norqod u nimmaġinah hawn id-dar fis-sodda rieqed."


Gwida.mt