Illum jaħbat jum għeluq snin l-attur bravissimu Clint Chircop! Lil Clint rajnieh f'diversi produzzjonijiet lokali, speċjalment fuq it-televiżjoni, fosthom waqt Division 7, bil-karattru ta' gwardjan li tant kien popolari mat-telespettaturi.  

Ftit ilu rajnieh ukoll f'wieħed mill-każijiet ta' NOLI fuq Tokis, u bħalissa qed narawh parti mill-korp tal-Ispettur Leonard. Serva bħala għalliem fi skejjel tad-drama bħal St. Paul's Missionary College, u llum il-ġurnata għadu jgħallem id-drama ma' The Malta Visual And Performing Arts school.

Apparti attur lil Clint nafuh ukoll bħala mużiċist bravissimu. Awguri minn qalbna f'isem Gwida.mt, u nixtiqulek dak kollu li tixtieq qalbek!

Facebook/ Clint Chircop


Kyle Zarb