Illum Jurgen jiddeċiedi li jaqsam l-esperjenza tiegħu mas-segwaċi tiegħu dwar kif sar vegan. Qal li meta kien qed jistudja, tgħallem kemm l-ikel huwa importanti, tant li jaffettwa l-partijiet kollha ta’ ġisimna.

Ikompli jirrakkonta li ta’ sittax-il sena beda jirriċerka fuq l-ikel vegan. Għamel madwar sentejn vegan imma minħabba l-limitazzjonijiet ta’ ikel vegan li kien hawn dak iż-żmien f’pajjiżna, kontra qalbu kellu jerġa’ jibda jiekol it-tiġieġ u l-ħut.

View this post on Instagram

A post shared by . JURGEN (@jugi_v) on

Però tul dan iż-żmien dejjem kien baqa’ jaqra fuq dak kollu li jsir fl-industrija tal-annimali u l-ħut, fost l-oħrajn. Għalhekk ta’ 31 sena reġa’ ddeċieda li jaqleb totalment vegan. Għalih ma kinetx daqstant diffiċli minħabba l-esperjenza li kellu qabel.

Jurgen iħeġġeġ lis-segwaċi tiegħu biex jekk jixtiequ jagħmlu dan il-pass, jagħmlu bidliet żgħar. Iħeġġiġhom jagħmlu r-riċerka biex jitgħallmu dwar liema ikel jagħti l-istess nutrijenti li kien jagħti ikel li ma jittikilx fid-dieta vegana.

View this post on Instagram

A post shared by . JURGEN (@jugi_v) on

Jurgen jgħid li qaleb vegan minħabba diversi fatturi, fosthom l-annimali, is-siġar li qed jinqatgħu u l-ilma li kontinwament jinħela. Jgħid ukoll li għamel dan il-pass għalih innifsu għax naturalment dieta vegana tnaqqas ċertu riskji f’saħħitna. Fl-aħħar Jurgen jgħid lis-segwaċi tiegħu li l-importanti hu li tħossok tajjeb b’dak li qed tagħmel u b’din l-għażla hu jħossu tajjeb ħafna.

Instagram / @jugi_v


Yasmin Camilleri