Michela Galea tista' tgħid li llum saret wiċċ familjari ma' diversi telespetatturi u anke mal-qarrejja ta' Gwida.mt. Il-kantanta u l-attriċi lokali hi wkoll mudella, infatti lura fl-2017 rebħet id-dritt li tirrappreżenta lil lil Malta f'Miss World ġewwa ċ-Ċina u hemm saħansitra rebħet it-titlu ta' Miss World Talent. Titlu storiku għal gżejjer Maltin.

Jidher li din is-sena hi ddeċidiet li tirritorna għad-dinja tal-konkorsi tas-sbuħija hekk kif ħabbret fuq il-midja soċjali tagħha li ħa tkun qed tikkompeti fl-edizzjoni ta' Miss Universe Malta ta' din is-sena. Din hi sena speċjali għal Miss Universe għax minħabba l-pandemija ħa naraw żewġ konkors ta' sbuħija jsiru fl-istess sena.

Ir-rappreżentatriċi Maltija għas-sena 2020 kienet iż-żeffiena Anthea Zammit li qatgħet figura mill-isbaħ barra xtutna u kellha kliem ta' tifħir mingħand diversi opinjonisti li jsegwu dan il-konkors.

Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lill-kontestanti kollha l-isbaħ xewqat f'din l-esperjenza. Ninsabu ċerti li ħa jtellgħu spettaklu mill-aqwa.

Facebook / Michela Galea


Emil Calleja Bayliss