Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara nformazzjoni li rċieva mingħand il-kummerċjant involut, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minn persuni allerġiċi jew intolleranti għall-glutina minħabba li nstab li għalkemm il-prodott huwa mmarkat bħala “gluten free", fih ingredjent bil-glutina fuq it-tikketta.

  • Isem tal-prodott: Japanese Style Marinated Wakame
  • Ditta: Vitasia
  • Dati tad-durabbilità u Lottijiet: 24/04/2024; 2024145798 - 25/04/2024; 2024146343 - 29/04/2024 2024147444
  • Użin: 250g

Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq [email protected] 

Xerred ma' sħabek.

Press Release


Gwida.mt