Nicole Frendo serqet il-qlub ta' bosta, ġimgħa wara ġimgħa fl-ewwel edizzjoni ta' X Factor Malta, wara din l-avventura kien imiss dik fuq Rai Due fejn ipparteċipat ġol-festival Taljan bl-isem ta' Castrocaro. L-avvenutra ta' Nicole intemmet fl-ewwel stajdu wara li kantant b'mod eċċezjonali l-kanzunetta Skyfall, inqalgħet kontra l-kantanta li spiċċat rebħet dan il-festival!

View this post on Instagram

A post shared by Nicole Frendo (@nicolefrendoofficial) on

S'issa imma lil Nicole rajnieha biss tkanta kanzunetti ta' kantanti famuża u ma smajna xejn oriġinali minn naħa tal-kantanta. Ngħiduha kif inhi, bil-vuċi li għandha dejjem ħalliet it-timbru fuq kull kanzunetta li għamlet imma wieħed ikun ħerqan jisma' x'għandha toffri l-kantanta f'kanzunetti oriġinali.

L-unika kanzunetti li smajnieha fuqhom kienu żewġ kanzunetti li nħadmu apposta bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi, waħda ta' Birkirkara u oħra tan-Naxxar. Iżda jidher li Nicole tinsab taħdem fuq xi materjal tagħha, materjal oriġinali mill-ftit indikazzjoni li ta Matthew James, il-kantant li dwetta ma' Nicole fil-fażi finali ta' X Factor.

F'post fuq Instagram, Matthew kiteb li jinsab ġo l-istudio tiegħu. Hu qal li tagħmillu ħajtu faċli kemm bħala produttur u kemm bħala kittieb. Jekk fhimna sew jidher li Matthew qed jaħdem ma' Nicole fuq xi materjal tagħha. Min jaf hux ħa narawha bħala waħda mill-mistednin ta' X Factor kif jiġri f'pajjiżi barranin, fejn il-finalisti jidhru jniedu kanzunetti oriġinali tagħhom.

Nistennew u naraw, imma nawguraw lil Nicole l-isbaħ xewqat f'dak kollu li għandha pjanat. Il-vuċi tagħha żgur li ħa tibqa' tidwi għas-snin li ġejjin u ċertament li daqt tkun qed tiddomina l-istazzjonijiet lokali! Awguri!

Instagram: Nicole Frendo


Emil Calleja Bayliss