Ira Losco xerrdet fuq il-midja soċjali messaġġ sabiħ iddedikat liż-żewġ pilastri tagħha li kienu hemm mill-ewwel ġurnata ta’ ħajjitha, il-ġenituri tagħha.

Ira xerrdet ritratt prezzjuż immens tal-ġenituri tagħha flimkien maż-żgħira tagħha Gigi! Xtaqet turi l-gratitudni tagħha lejhom ta’ kemm kienu hemm għaliha f’kull mument. “Jappoġġjawni f’kull ħaġa li nagħmel. Kull deċisjoni, ambizzjoni u ħolma tiegħi.” 

Il-kantanta turi l-apprezzament tagħha lej ommha u missierha ta’ kemm kienu hemm ta’ “spalla”  anke meta forsi kellha bżonn il-faraġ.

Tassew familja mill-aqwa - minn qalbna nawgurawlhom kull ġid u kuntentizza!


Kyle Zarb