Timmaġina tagħmel għoxrin sena sħaħ ittawwal xagħarek mingħajr qatt ma taqtgħu, għajr darbtejn fis-sena biex iżommu b’saħħtu? F’post fuq il-grupp ta’ Facebook The Beauty Game, Laura Liehu qasmet l-esperjenza tagħha dwar dan il-ġest. Hi qed tħeġġeġ in-nies jgħinu lil fondazzjoni Little Princess Trust li l-għan tagħhom hu dak li jipprovdu parrokki lit-tfal u żgħażagħ.

Barra li tħeġġeġ lil dawk li jistgħu jagħmlu l-istess għan, qed titlob ukoll in-nies sabiex jgħinu b’mod finanzjarju. Dan għaliex kull parrokka tiġi tiswa madwar £350. Dawn imorru għal tfal jew żgħażagħ li minħabba xi kundizzjoni medikali ikunu tielfu xagħarhom – għal ħafna taf tidher li din mhux ta’ valur kbir imma għal dawn it-tfal u ż-żgħażagħ ġest żgħir bħal dan jagħmel differenza kbira u jnissel tbissima.

Fuq il-post, kien hemm reazzjoni ta’ numru ta’ tfajliet li għamlu l-istess ġest u kien hemm min ikkumenta li l-isbaħ ħaġa hi filfatt li x-xagħar jerġa’ jikber u meta dan jiġri tkun tista tagħmel donazzjoni oħra. Laura fil-kummenti tgħid li x-xagħar irrid ikun tal-inqas 17-il ċm twil, però dak itwal minn 41-il ċm ħafna aħjar. Dawk li jixtiequ jgħinu jistgħu jagħmlu dan hawn

Facebook / Laura Liehu


Emil Calleja Bayliss