Lill-preżentatur Keith Demicoli u lil ħuh Fabian kemm-il darba rajnihom f'xi ritratt fuq il-midja soċjali, jew ħabba xi okkażjoni tal-għeluq snin, jew xi avveniment ieħor. Eżempju tipiku kien it-twelid tan-neputi ta' Keith, Luigi, l-ewwel tifel ta' ħuh Fabian.

Ir-rispett u l-imħabba mill-aqwa li hemm bejn l-aħwa tidher biċ-ċar, speċjalment f'xi ritratt bħal dan li tefgħu. Keith kiteb, "It-tnejn nammettu. Il-ħajja tkun ta' dwejjaq mingħajr xulxin." 

Bosta kkummentawlhom dwar kemm jiggustawhom, u kemm jammiraw l-ispirtu pożittiv li hemm bejn l-aħwa. Wieħed mill-aktar proġetti riċenti li anke ħadmu fuqu flimkien, kien Shark Tank li jixxandar kull nhar ta' Ħadd.


Kyle Zarb