Angele Cuschieri, se tkun il-mistiedna li jmiss ta' Melanie Kelly fuq Kellymni - episodju li minnu se nsiru nafu aktar mill-viċin lil Angele u l-ħidma kbira li qed jagħmel Puttinu Cares mal-pazjenti Maltin. Kemm dawk tfal u anke dawk kbar.
Hi tispjega li kemm ilha taħdem mat-tfal, tara kemm it-tfal b'mod responsabbli jaħbu ċertu affarijiet mill-ġenituri tagħhom. Xokkanti iżda ma jkunux iridu jtaqqlu lill-ġenituri tagħhom. Jibżgħu li se jinkwetawhom iżżejjed u b'hekk jagħżlu li ma jgħidulhomx kollox.
Din xi ħaġa li Angele tiltaqa' magħha ta' spiss, b'hekk hu importanti li kull min ikun għaddej jirċievi trattament ikollu s-sapport kollu meħtieġ sabiex ħadd ma jħossu waħdu u jkollu ma' min jitkellem. Il-professjonisti qegħdin hemm biex jagħmlu dan ix-xogħol. Xogħol li Puttinu Cares jieħdu b'serjetà kbira.
F'dan il-podcast ħa nifhmu aħjar min hi Angele, ħa nifhmu l-vokazzjoni kbira li għandha lejn dan ix-xogħol, ħa nifhmu li grazzi għal Puttinu qed igawdu ħafna Maltin u Għawdxin. Ħa nifhmu kif dawn jgħixu l-mirakli kuljum u kull ħin. Ingħaqdu magħna biex isegwu l-episodju li jmiss ta' Kellymni - Il-Podcast ta' Gwida.mt bi preżentazzjoni ta' Melanie Kelly, għada it-Tnejn 28 ta' Ottubru, mit-20:00 'l quddiem.