Il-Professur Andrew Azzopardi għadu kif iċċelebra 24 sena flimkien ma' martu Sue. Andrew irringrazzja lil martu permezz ta' kitba fuq facebook fejn sostna li lil Sue isibha kullimkien u li tissaportjah f' kulma jagħmel.

Andrew huwa personalità vivaċi, huwa wkoll id-Dekan tal-fakultà tas-Social Well Being li taħtu jaqa' l-istudju taż-żgħażagħ u l-komunità dejjem biex iż-żgħażagħ isiru nies aħjar u jgħinu lil ta' madwarhom fis-soċjetà li tant qed issir kumplessa iżjed ma jgħaddi ż-żmien. Huwa wkoll preżentatur prim u anke ħafif bil-pinna. Namra speċjali għal Andrew huwa l-kelb tar-razza labrador bl-isem ta' Dani li huwa tant għal qalbu.

Minn Gwida aħna nawguraw lil Andrew u Sue għal aktar snin ta' ferħ u suċċess flimkien. Awguri

Ritratt: Facebook/ Andrew Azzopardi


Clifford Galea