Brian Farrugia, hu l-mistieden li jmiss fuq Kellymni - Il-Podcast ta' Gwida. Brian ħafna jafuh bħala l-Ispettur Leonard, iżda wara l-karattru li jibqa' magħruf għalih ma' ħafna u ħafna nies hemm storja li tmisslek qalbek.

Hu jitkellem kif f'mument minnhom f'ħajtu spiċċa jissielet biex jikseb lura t-tliet affarijiet li jgħinu lill-persuna jkun stabbli f'ħajtu, tliet affarijiet li jagħtu sodifazzjoni u raġuni għaliex dak li jkun għandu jgħix u jibqa' għaddej.

Brian b'kuraġġ jaqsam l-istorja tiegħu u dak li għadda minnu tul is-snin, inkluż il-qlajjiet li vvinttaw dwaru. Qlajjiet li kienu ta' xokk għalih speċjalment fi żmien meta kellu bżonn ta' sapport.

Il-podcast ħa jkun wieħed li ħa nsiru nafu aktar lil Brian mill-viċin. Ingħaqdu magħna biex isegwu l-episodju li jmiss ta' Kellymni - Il-Podcast ta' Gwida.mt bi preżentazzjoni ta' Melanie Kelly, għada it-Tnejn 15 ta' Lulju, mit-20:00 'l quddiem.


Emil Calleja Bayliss