Iż-żeffiena Felix Busuttil u Daron Galea ilhom fil-ħajja ta’ xulxin għal żmien twil, allura kien bix-xieraq li f'jum għeluq snin Daron, Felix iħallilu messaġġ mill=isbaħ biex jawguralu fil-ġurnata speċjali tiegħu. Felix kiteb messaġġ mill-qalb fuq il-midja soċjali.

“Ir-rispett huwa wieħed mill-isbaħ kliem fid-dinja. Ir-rispett jagħti ftehim. Jagħmilna ċivilizzati. Ir-rispett jiftaħ il-qlub u ma jagħmilx ħsara. Ir-rispett iġegħelna nisimgħu u nieħdu ħsieb is-sentimenti ta’ xulxin,” jibda hu.

“Ir-rispett jiggarantixxi l-maħfra u jissalvagwardja l-konfini tad-dinjità u l-integrità. Ir-rispett jippromwovi relazzjoni li qatt ma hija bbażata fuq rabja, riżentiment, u tort. Ir-rispett huwa l-pedament tal-imħabba vera u jara biss il-kuntentizza tal-persuna l-oħra fl-aqwa kwalitajiet u għażliet tagħhom li jagħmlu. U għandi ħafna rispett lejk. Is-sena t-tajba għażiż Daron. Gawdi l-ġurnata tiegħek!”

Facebook / Felix Busuttil


Emil Calleja Bayliss