Ta' kull sena t-telespettaturi Maltin u Għawdxin ikunu qed jistennew diversi programmi u avvenimenti. Fost dawn jibqa' jkun Liqourish, li ta' kull sena joffri lill-pubbliku avventura fuq medda ta' ġimgħat, waqt li jlaqqagħhom ma' diversi parteċipanti b'karattri differenti, u li minnhom jagħżlu lill-favoriti.' 

Din is-sena Liqourish se jkun wasal għall-20 sena tiegħu, anniversarju speċjali. Anniversarju li ser iġib miegħu edizzjoni speċjali bl-isem ta' Liqourish ALL STARS. Iva sewwa smajtu! Ir-rebbieħa mill-passat ser jerġgħu jitilgħu għal din l-avventura popolari mal-Maltin u Għawdxin. 

Ġimgħa l-oħra t-tim kiteb, "Xi ħaġa kbira magħkom dalwaqt. Min hu lest għal Liqourish 2024?" U żgur li xi ħaġa kbira! Kollox għal April li ġej!


Kyle Zarb